Sergio Ramos se jitlaq lil Real Madrid?
Il-president ta’ Real Madrid, Florentino Perez, jinsab lest li jħalli lid-difensur veteran, Sergio Ramos, jitlaq lill-club fis-sena 2021. Dan ġie konfermat mill-programm segwit fi Spanja, El Chiringuito, hekk kif id-difensur qed jiġi attirat minn kuntratt li lesti joffrulu ċ-champions Franċiżi, Paris St Germain.
Minkejja kollox, Ramos għadu indeċiż x’se jagħmel fil-futur qrib fejn saħansitra hemm min qed jgħid li lest iżid il-ftehim mal-Merengues sas-sena 2023.
Sergio Ramos għandu 34 sena u ilu ma’ Real Madrid sa mis-sena 2005 fejn skorja 72 goal f’462 partita.