Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’ħabta ma’ tliet karozzi

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li kien involut f’ħabta fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00 a.m. fi Triq D’Argens.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-ħabta kienet tinvolvi mutur, u tliet vetturi – karozza tat-tip Nissan misjuqa minn Ingliż ta’ 33 sena, Volkswagen Passat misjuqa minn Taljan ta’ 39 sena, u Fiat Tipo misjuqa minn Libjan ta’ 49 sena.

Is-sewwieq tal-mutur, li għandu 25 sena u joqgħod l-Imsida, ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: