Sirens u Tarxien Rainbows jaqsmu erba’ goals

Ritratt: Domnic Borg

Sirens …………………….2

Tarxien Rainbows ….2

Maxuell Maia da Silva u Vito Plut skorjaw żewġ goals kull wieħed hekk kif Sirens u Tarxien Rainbows ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ 2-2.

Tarxien b’hekk ġabru l- ħames punt tagħhom filwaqt li Sirens, li kienu qed jirritornaw għall-logħob wara nuqqas ta’ aktar minn xahar, minħabba każijiet tal-Covid- 19, komplew ifittxu l-ew­wel rebħa tagħhom.

Ir-Rainbows kellhom bidu mill-aqwa meta wara ħarba tajba fuq ix-xellug, Vanger Conceicao għadda l-ballun lejn VITO PLUT li tefa’ ġewwa mill-viċin biex poġġihom fil-vantaġġ.

Sirens irrispondew, fis-16-il minuta, b’daqqa ta’ ras ta’ Maxuell li ġiet salvata mill-goalkeeper ta’ Tarxien iżda tmien minuti wara, Vanger għadda l-ballun lejn Jur­gen Debono bix-xutt ta’ dan tal-aħħar ġie mblukkat minn David Cassar ta’ Sirens.

Fis-37 minuta, Sirens rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta minn azzjoni ta’ free-kick, il-ballun wasal għand MAXUELL MAIA DA SILVA li b’ xutt fil-baxx għe­leb lil Fernandes.

Sirens komplew jagħfsu u eżatt qabel tmiem l-ew­wel taqsima, marru fil-vantaġġ hekk kif MAXUELL MAIA DA SILVA għola tajjeb għal corner ta’ Terence Agius u bir-ras antiċipa lill- goalkeeper.

Kmieni fit-tieni taqsima, Tarxien marru viċin b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Jurgen Debono li laqat il-mimduda biex imbagħad, Vito Plut kellu daqqa ta’ ras mill-viċin salvata mill-goalkeeper ta’ Sirens.

Fid-69 minuta, il-Pawlini setgħu kabbru l-iskor meta s-sostitut Jacob Walker għadda l-ballun lejn Wilfried Domoraud iżda dan ġie mċaħħad minn Fernandes li xellef il-ballun f’corner.

Fit-78 minuta, azzjoni personali ta’ Walker fuq il-lemin intemmet b’xutt angolat li ġie devjat f’corner mill-goalkeeper ta’ Tarxien

Madankollu disa’ minuti mit-tmiem, Tarxien ġabu l-goal tad-draw hekk kif Matthew Spiteri għadda l-ballun lejn is-Sloven, VITO PLUT, li tefa’ ġewwa b’xutt fil-baxx mill-viċin.

SIRENS: 24-David Cassar, 4-Jonathan Pearson, 6-Ryan Grech, 10-Maxuell Maia da Silva, 11-Wilfried Domoraud, 19-Adrian Borg, 20-Samba Tounkara (17-Jacob Walker 55), 23-Terence Agius, 90-Romeu Romao, 94-Romario Lucas Menezes (18-Angel Manuel Bustos 64), 99-Thiago Espindola (9-Michael Mifsud 85).     – Coach: Steve D’Amato

TARXIEN R.: 1-Daniel Marcio Fernandes, 2-Anderson do Nascimento Carneiro, 4-Brandon Muscat (14-Yuki Omuro 73), 8-Matthew Spiteri, 9-Vito Plut, 10-Jurgen Debono, 11-Vanger Conceicao da Silva, 13-Eduardo Rosado Souza, 18-Kyle Gatt (7-Darren Falzon 70), 19-Matthew Tabone, 23-Misael Miranda Gomez – Coach: Winston Muscat

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Thomas De­bono, James Muscat

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORERS: V. Plut 3, 81 (TR); Maxuell 37, 45 (S)

AMMONITI: A. Borg, W. Domoraud (S), D. Fernandes, V. Plut (TR)

Share With: