Skips mediċi viċin sptar li qed jospita pazjenti bil-COVID-19 jitneħħew wara lmenti mir-residenti

Inewsmalta fl-aħħar sigħat kompla jsegwi mill-qrib dak li kien għaddej quddiem l-Isptar tas-Sammaritan it-Tajjeb. Aktar kmieni dan is-sit rċieva lmenti ta’ skips mediċi li tħallew fil-pubbliku.

Ir-residenti li jgħixu fl-istess triq ta’ dan l-Isptar kitbu jilmentaw magħna li mhix xi ħaġa tajba li dawn l-iskips jitħallew “għal għonq it-triq” u li minn maġenbhom “ma tistax tgħid min ikun għaddej”.

Apparti minn hekk dawn l-iskips mhux eskluż li jkun fihom materjal li jintrema’ mill-isptar u li jistgħu jkunu ta’ periklu fit-tixrid tal-virus minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija fil-post.

Ftit wara li nġibdu ritratti ta’ dawn l-iskips, xi ħaddiema dehru joħorġu jneħħu l-istess skips u jressquhom għal ġo garaxx li għalkemm għadu mhux lest bħala struttura, jagħmel parti minn din il-binja.

Share With: