“Skużana Joseph” … it-tarbija ta’ sitt xhur tindifen

“Skużana Joseph”. Dan hu dak li għandi xi ngħid. Għax quddiem traġedja fejn tifel ta’ sitt xhur jegħreq fil-vjaġġ lejn l-Ewropa, nibqa’ bla kliem. Għerqet tarbija oħra. Din nafu li kien jisimha Joseph.

Min jaf kemm għerqu oħrajn li la nafu min huma u lanqas x’kien jisimhom. Sal-ġimgħa d-dieħla kollox ikun intesa u Joseph ikun biss isem ieħor. Tarbija Afrikana oħra li nbelgħet mill-mewġ. Li kompliet iżżid il-katavri. Li jnixxifni hi ħaġa waħda. Fejn hi l-Unjoni Ewropea? Meta se tiċċaqlaq?  Meta se tara li ma jibqgħux jintilfu ħajjiet”.

Dawn kienu l-kummenti li għaddielna membru ta’ għaqda non governattiva dwar il-mewt ta’ Joseph, tarbija ta’ sitt xhur li kienet salvata minn għarqa ċerta u li imma xorta mietet ftit wara.

Share With: