Snooker: Nhar il-Ġimgħa jinħatar Kumitat Eżekuttiv ġdid

Nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Novembru, hija ġurnata mistennija ħafna għall-Malta Billiards and Snooker Association hekk kif ser ikun qiegħed jinħatar Kumitat Eżekuttiv ġdid għas-snin 2020-2022. Għal din l-elezzjoni hemm interess kbir hekk kif kif hemm kontestazzjoni għal kull kariga. Il-kontestanti għal kariga ta’ President huma is-Sur Ivan Brincat u s-Sur Kevin Vella li skond sorsi nfurmati jidher li ż-żewġ kontestanti għandhom it-team tagħhom.

Is-Sur Brincat ilu aktar minn 10 snin involut fl-MBSA fejn attwalment jokkupa l-Kariga ta’ Segretarju Ġenerali u huwa ukoll plejer u referee tal-Isnooker. Is-Sur Kevin Vella ilu madwar 6 snin fl-Eżekuttiv tal-MBSA u huwa wkoll player tas-snooker.

It-team tas-Sur Brincat huma kompost minn Joseph Zerafa, Andrea Aquilina, Lothar Mallia, Cameron Farrugia, Terry Camilleri u Maurice Calleja. Ta’ min jgħid li dawn il-persuni huma kollha midħla tal-isnooker f’Malta b’uħud minnhom player kif ukoll referees fosthom Terry Camilleri li huwa referee Internazzjonali. Pleayers rinomati mal-logħba tal-isnooker f’Malta jidher li qed jagħtu s-sapport lis-Sur Brincat inkluż il-plejer Internazzjonali Malti, Tony Drago, li kontinwament jikteb favur is-Sur Brincat u l-proposti tiegħu.

Min-naħa l-oħra it-team ta’  Kevin Vella jinkludi lil Alexander Arena, Charles Micallef, James Farrugia, Kevin Azzopardi, Paul Caruana u Andre Arciola u li ħafna minnhom huma ex-referees tal-football lokali.

Ta’ min irodd ħajr lis-Sur Frans Buġeja, il-president tal-MBSA li nhar il-Ġimgħa ser ikun qiegħed itemm il-ħidma tiegħu fi ħdan l-Assoċjazzjoni wara snin twal ta’ ħidma għall-ġid tal-logħba tal-isnooker f’Malta fejn taħt il-presidenza tiegħu u bl-għajnuna tal-Gvern u SportMalta infetħet l-Akkademja tal-isnooker fil-Ħamrun.

Share With: