Son Heung-min se jiżdiedlu s-salarju

Is-sid ta’ Tottenham Hotspur, Joe Lewis, għadu kemm approva pjan ekonomiku li jiswa £200,000 fil-ġimgħa sabiex l-attakkant Son Heung-Min ikun jista jġedded il-kuntratt tiegħu mal-club.

Spurs huma ħerqana sabiex iġeddu l-kuntratt ta’ dan il-player li spikka ferm f’dawn l-aħħar ħames snin kemm ilu mal-club. Fil-fatt huwa skorja 61 goal f’167 partita.

Il-kuntratt ta’ Son jiskadi fis-sena 2023 iżda permezz tal-ftehim il-ġdid huwa se jkun jista’ jaqla’ salarju attraenti li jkun diffiċli li jirrifjutah. Fl-istess waqt huwa se jkun qed jilħaq lill-kollega tiegħu Harry Kane fl-ammont ta’ flus li jaqla’ fil-ġimgħa. 

Share With: