Sta Lucia jdawru telfa f’rebħa
Minn Cristian Muscat – ritratt: Domnic Borg
Sta Lucia …..…3
Lija A. …………2
Santa Lucia kisbu rebħa importanti meta għelbu lil Lija Athletic bl-iskor ta’ 3-2 minkejja li lagħbu bi player inqas għal siegħa sħiħa u wara li dawn tal-aħħar fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals.
Lija Athletic għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita meta fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni wara biss tliet minuti meta ERJON BEU kellu xutt nofs għoli u angolat minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Chris Farrugia, isalva.
Dan il-goal ta injezzjoni morali lill-Athletics u fit-28 minuta, irduppjaw permezz ta’ free-kick ta’ ERJON BEU biex irreġistra doppjetta.
U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għal Santa Lucia, fil-31 minuta huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Jamie Zerafa permezz ta’ karta ħamra diretta wara foul ikrah fuq Gonzalo Nicolas Virano.
Għalkemm bi player inqas, fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Santa Lucia, ħarġu ferm aggressivi u fid-49 minuta naqqsu l-marġni meta s-sostitut Leandro Wallace li kien ilu biss tliet minuti fil-ground għadda pass fit-tul lejn KEVIN ANTE ROSERO li avvanza tajjeb u permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fix-xibka.
Huma komplew jippressaw u minuta biss wara tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta Alan da Silva Souza kellu xutt minn pożizzjoni ideali jintemm barra.
Fis-74 minuta Santa Lucia meritatament ksibu l-goal tad-draw meta TIMMY TABONE DESIRA wara li rċieva l-ballun mix-xellug mingħand Victor Prestes Filho, venven xutt minn tarf il-kaxxa li ntemm ġewwa.
U proprju fil-ħin miżjud, Santa Lucia skorjaw il-goal tar-rebħa meta minn azzjoni ta’ corner, il-ballun finalment wasal għand JUNIOR ANDRE FAUSTO PRATES li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.
B’din ir-rebħa il-Luċjani, telgħu fit-tmien post bi 11-il punt … sebgħa aktar miż-żona tar-relegazzjoni filwaqt li l-inkwiet għal Lija issa jkompli jikber.
STA LUCIA: 12-Christopher Farrugia, 2-Timmy Tabone Desira, 4-Junior Andre Fausto Prates Rodrigues, 6-Kevin Correia, 7-Adam Magri Overend (27-Andreas Vella 70), 10-Alan da Silva Souza, 11-Kevin Ante Rosero, 17-Victor Luiz Prestes Filho, 22-Jamie Zerafa, 88-Rei Tachikawa, 98-Kieran Xuereb (8-Leandro Wallace Motta Dos Santos 46) – Coach: Oliver Spiteri
lija a.: 12-Luke Bonnici, 2-Carl Joseph Cassar, 3-Pedro Luiz Soares Gusso, 4-Leon Muscat, 6-Daniel Scerri, 7-Erjon Beu, 11-Harry Wood, 19-Miguel Jimenez Perez (18-Ryan Darmanin 84), 22-Juan Cruz Gill, 32-Gonzalo Nicolas Virano, 77-Carlos Flores (26-Clayton Giordmaina 61) – Coach: Joseph Galea
REFEREE: Stefan Pace
ASS. REFEREES: Roberto Vella, James Muscat
RABA’ UFF: Emanuel Grech
SKORERS: E. Beu 3, 28 (L), K. Ante Rosero 49, T. Tabone Desira 74, J. A. Fausto Prates Rodrigues 95 (SL)
AMMONITI: M. Jimenez, J. Cruz Gill, H. Wood, E. Beu (L), V. L. Prestes, L. W. Motta Dos Santos (SL)
TKEĊĊA: J. Zerafa 31 (SL)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Erjon Beu (LA)