Stefano Ceci: Itolbu għal Maradona

Il-manager u ħabib kbir ta’ Diego Armando Maradona, Stefano Ceci,  appella għat-talb mis-segwaċi u dilettanti tal-futbol in ġenerali wara li El Pibe De Oro għamel operazzjoni f’rasu wara inċident li ġarrab.

Fil-fatt Ceci rrakkonta kif Maradona ħa xi pilloli minħabba li ma setax jorqod u aċċidentalment ħabat rasu u ntilef minn sensih. Hu sostna li dak il-ħin sieħbu ma kienx jaf x’inhu jagħmel minħabba li l-pilloli effettwah mhux ħażin.

Ceci saħaq li bħalissa Maradona xejn ma jinsab tajjeb fejn minbarra d-dipressjoni li qabditu, qed jiġi mċaħħad milli jara lill-familjari tiegħu minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Huwa meqjus bħala persuna vulnerabbli u għalhekk ftit kien qed joħroġ mid-dar. 

B’xorti tajba l-operazzjoni rnexxiet u issa l-ex player internazzjonali Arġentin se jibda l-perjodu ta’ rijabilitazzjoni.

Share With: