“Taħt Gvernijiet Nazzjonalisti konna nisimgħu l-firien fuq is-sufett waqt l-operazzjonijiet tal-pace makers f’Għawdex”

Id-Deputat Laburista, Anthony Agius Decelis dwar is-sitwazzjoni kif kienet fl-isptar t’Għawdex

Fl-intervent tiegħu fil-Parlament fis-seduta tal-lejla, id-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis tkellem dwar l-istat ħażin li kien jinsab fih l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex taħt Gvern Nazzjonalista. 

Qal li s-sitwazzjoni fl-isptar tant kienet ħażina li waqt li kienu jsiru l-operazzjonijiet għall-pace makers kienu jinstemgħu l-ħsejjes tal-firien għaddejjin minn fuq is-suffett.

Sitwazzjoni d-Deputat Decelis qal li nbidlet ferm taħt it-tmexxija ta’ Gvern Laburista.

Share With: