Tliet anzjani jmutu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 79 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 87 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-3 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani u appella biex il-miżuri ta’ prevenzjoni jkunu osservati, biex b’hekk nibqgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli.

Share With: