Tliet anzjani oħra jmutu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 70 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Novembru, miet ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 87 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ anzjan ta’ 67 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.

Share With: