Tliet anzjani oħra jmutu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li sfortunatament tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 81 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-3 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ anzjan ta’ 87 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan long term facility.
Fit-tielet każ anzjan ta’ 77 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani u appella biex kulħadd ikun prudenti u jsegwi l-miżuri ta’ prevenzjoni biex b’hekk nipproteġġu lil dawk l-aktar vulnerabbli.Attachments area

Share With: