Tliet anzjani oħrajn imutu kaġun tal-Covid-19

Il-Ministru għas-Saħħa kkonferma li tliet anzjani mietu riżultat tal-Covid-19. Fl-ewwel każ anzjan ta’ 70 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fir-residenza St Vincent de Paul. 

Fit-tieni każ anzjana ta’ 73 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-1 ta’ Novembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei. 

Fit-tielet każ anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, filwaqt li appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.

Share With: