Tobba Taljani jgħidu li ntilef il-kontroll fuq il-Covid-19

Jgħidu li hemm bżonn lockdown nazzjonali ieħor

Għadd ta esperti tas-saħħa ġewwa l-Italja qalu li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’dan il-pajjiż “tilfet il-kontroll” u għalhekk huma qegħdin isostnu li għandu jkun hemm lockdown ġdid nazzjonali. 

Massimo Galli, li huwa l-kap tad-dipartiment tal- mard infettiv ġewwa l-isptar rinomat ta’ Sacco f’Milan qal “wisq nibża’ li tlifna l-kontroll tas-sitwazzjoni… mard ieħor ma jiqafx fuq strajk għax ikun hemm il-Covid-19 u għalhekk irridu nkunu organizzati… jekk le l-pandemija se tkun qiegħda tagħmel ħafna iktar ħsara milli diġà għamlet u twassal għal iktar imwiet.” 

Matul il-ġurnata tal-Ħadd li għadda, l-Italja rrapportat 32,616 każ ġdid taʼ Covid-19, biex b’hekk it-total taʼ każi issa tela’ għal kważi miljun. Is-sitwazzjoni fl-isptarijiet ġewwa dan il-pajjiż hija waħda prekarja hekk kif għadd ta’ pazjenti qed ikollhom jingħataw l-ossiġnu fuq so- dod tar-roti fil-kurituri. 

Bil-għan li tiġi kkontrolla- ta din it-tieni mewġa taʼ infez- zjonijiet, matul il-ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru tal- pajjiż Giuseppe Conte kien impona curfew mill-10.00 p.m. sal-5.00 a.m. Matul dawn il-ħinijiet in-nies jistgħu jħal- lu djarhom biss għax-xogħol jew inkella għal raġuniji- et mediċi biss. Kien hemm imbagħad reġjuni oħrajn li fuqhom ġew imposti restrizz- jonijiet iktar b’saħħithom. 

Share With: