“Uħud jagħżlu li jpaċpċu … aħna naġixxu biex nipproteġukom minn “għadu inviżibbli”

Il-pandemija tal-Covid-19 qiegħda tkompli toħloq tensjoni b’taħlita ta’ kummenti u reazzjonijiet hekk kif ir-rata ta’ infezzjonijiet tkompli tiela’ u nieżla b’varjazzjoni minn pajjiż għall-ieħor. Il-pandemija deskritta bħala “l-għadu li ma jidhirx” qiegħda toffri sfida lil diversi setturi u bosta mexxejja qegħdin jittamaw li l-vaċċin se jkun l-uniku raġġ ta’ dawl biex ir-rata ta’ infezzjonijiet globali taqbad it-triq tan-niżla.

F’messaġġ emozzjonanti waħda mill-infermieri barranin ippubblikat ritratt u spjegat dwar dak li għaddejjin minnu professjonisti bħala f’dan is-settur. “Nies qiegħda nippubblika dan ir-ritratt. Għajjiena u Maħmuġa,” bdiet biex tiftaħ qalbha.

Hija kompliet tgħid li hawn ħafna nies li kapaċi jparlaw u jagħmluha tal-għalliema tal-ħajja. Oħrajn, minflok ipaċpċu, jaġixxu. L-infermiera kompliet tgħid li hi ddeċidejt li tagħmel il-parti tagħha billi tkun parti minn tat-tieni. Spjegat li s-sitwazzjoni xorta għadha waħda diffiċli. Jagħmlu sigħat sħaħ f’żoni fejn hemm pazjenti bil-Covid-19. B’ilbies minn rashom sa saqajhom. Dan biex jipproteġu ruħhom minn dan l-“għadu inviżibbli”.

“Il-pazjenti jibqgħu ġejjin. Kemm ħadt gost tiġi mara li fieqet u minflok baqgħet ħierġa mill-isptar ġiet u rringrazzjatni. Ġie raġel ukoll ried jirringrazzjani. Wisq probabbli jekk jarani fit-triq mhux se jagħrafni, għax hu jafni miksija minn fuq s’isfel. Iġġilidna flimkien. Kull meta l-pazjenti jirritornaw lura lejn djarhom dik hi rebħa,” kompliet tgħid l-infermiera.

F’appell aħħari, hija qalet li n-nies tista’ tieħu pjaċir fi djarha u bi ftit paċenzja jħallu l-professjonisti jkomplu jiġġieldu dan il-virus.

Share With: