Virgil van Dijk … qed jittrenja ħafif

Aħbar tajba għall-partitarji ta’ Liverpool hija d-difensur internazzjonali Olandiż, Virgil van Dijk, beda jittrenja ħafif u huwa maħsub li jista’ jirritorna fl-azzjoni qabel l-aħħar tal-istaġun, li iżda, ma ngħatat l-ebda data.

Dan il-player ta’ 28 sena sofra injury fil-ligamenti tal-cruciate wara li ġie ttakiljat mill-goalkeeper ta’ Everton, Jordan Pickford, fid-draw ta’ 2-2, f’Ottubru li għadda.

Huwa ġie operat fit-18 tax-xahar li għadda u mill-ewwel beda l-proċess ta’ rijabilitazzjoni … u jinsab qabel l-iskeda hekk kif qed jagħmel progress sostanzjali.

Barra minn hekk, ir-Reds tilfu wkoll lid-difensur Joe Gomez li wkoll se jitlef il-kumplament tal-istaġun wara li weġġa’ l-irkoppa waqt it-taħriġ mat-team nazzjonali Ingliż biex it-team immexxi mill-coach, Jurgen Klopp, għandu kriżi kbira ta’ players imweġġgħin li jinkludu lil Arnold Alexander Trent, Alex Oxlade Chamberlain, Rhys Williams, Jordan Henderson filwaqt li Mohamed Salah se jitlef il-partita kontra Leicester City wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 wara li attenda t-tieġ ta’ ħuh, fl-Eġittu.

Share With: