Vodafone issir Epic … tgħaqqad “l-aħjar Network ma’ l-aħjar Valur” hekk kif tniedi bdil estensiv fit-tariffi u n-network

Fl-aħħar sigħat, Vodafone Malta ħabbret l-isem il-ġdid tal-kumpanija wara l-akkwist tagħha minn Monaco Telecom lura f’April. L-isem Epic iniedi era ġdida għall-kumpanija, kif ukoll għas-settur tat-telekomunikazzjoni ta’ Malta. 

Il-kumpanija ġdida twiegħed li twassal esperjenza epika billi tgħaqqad żewġ elementi b’saħħithom: network avvanzat u valur mill-aqwa. Dan huwa rifless fit-‘tagline’ tal-kumpanija: l-Aqwa Network. L-Aqwa Valur. Proposta li tgħaqqad flimkien l-aħjar elementi tat-telekomunikazzjoni fejn, għall-ewwel darba, il-konsumatur Malti jista jgawdihom it-tnejn flimkien mingħajr kompromessi. 

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-kap eżekuttiv Tamas Banyai introduċa l-erba’ pilastri ta’ bidla: it-tariffi, l-infrastruttura, l-espansjoni tal-portafoll ta’ servizzi u l-esperjenza tal-klijent. 

L-Aħjar Valur

Network tajjeb jistħoqqlu tariffi ta’ valur tajjeb li kulħadd jista’ jgawdi. Epic qiegħed iħabbar pjanijiet ta’ tariffi ġodda. Għall-ewwel darba f’Malta, it-tariffi ‘unlimited’ m’għadhomx marbutin ma’ kuntratti ta’ 24 xahar. L-offerti tat-top-up ser jinkludu d-doppju tal-voice, SMS u data versus pakketti simili minn operaturi oħra għall-istess prezz. Il-pjanijiet ‘unlimited’ issa huma estiżi għat-tariffi tal-intrapriżi. 

Għal Epic, huwa importanti li l-pjanijiet tal-kumpanija huma aċċessibbli għal kulħadd. 

L-Aqwa Network

Epic ser ikompli jinvesti fin-network u s-servizz tiegħu, flimkien mas-servizzi tar-roaming. Il-kumpanija bħalissa għandha roaming footprint internazzjonali ta’ 220 pajjiż u 175 roaming partner network madwar id-dinja. 

Is-Sur Banyai qal: “Illum, aħna magħrufa għall-kwalita’ tas-servizzi tal-mobile tagħna. Iżda għall-familji, diġa’ qed noffru broadband fid-dar permezz tal-fibre. U għall-intrapriżi, qe noffu internet bandwidth, telefonija, servizzi tad-data centres, konettivita’ internazzjonali u aktar. Meta ngħidu li qed nipprovdu network u servizz mill-aqwa, infissru li qed nipprovdu soluzzjonijiet għall- bżonnijiet tat-telekomunikazzjoni kollha tal-klijenti tagħna.”

“Il-kumpanija,” ssokta s-Sur Banyai, “ħa tinvesti iżjed f’ servizzi għall-klijenti u f’għodda diġitali ġodda li jagħmluha iżjed sempliċi u faċli biex il-klijentu jużaw is-servizzi ta’ Epic. Il-kumpanija qiegħda tħabbar mobile app u website ġodda b’interface iżjed faċli.”

Merħba għal Epic. 

Share With: