Wara l-attakki fl-Awstrija … titħassar żjara tal-Ministru Aaron Farrugia f’inċineratur

Wara l-attakki aktarx terroristiċi li seħħew fl-Awstrija, il-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia ddikjara li fil-jiem li ġejjin kien se jżur inċineratur fl-Awstrija iżda ż-żjara tħassret minħabba dawn l-attakki.

Il-Ministru Farrugia qal li “l-għan ta’ din iż-żjara kienet biex naraw x’nistgħu nagħmlu aħjar u mbagħad jittieħdu ideat minn hemm.”

Attakki kordinat f’diversi siti twettqu lbieraħ fiċ-ċentru ta’ Vjenna, fosthom f’sinagoga u l-uffiċini tal-komunità tal-Lhud, li ħallew mill-inqas seba’ persuni mejtin. L-attakki wasslu biex tkun imnedija operazzjoni kbira tal-Pulizija.

Share With: