Xokkanti fl-Indja: Tifla ta’ ħames snin stuprata u wara ħaġġruha biex ma tikxifx x’ġara

Każ xokkanti iieħor li jinvolvi stupri ta’ tfal seħħ fl-Indja. Tifla ta’ ħames snin kienet stuprata u wara dawk li stuprawha ħaġġruha u qatluha biex b’hekk ma tkunx tista’ tikxef. Dan  il-każ seħħ fl-Odisha.

Il-mewt tagħha saret fi żmien fejn fl-Indja hemm rabja  minħabba l-vjolenza sesswali fuq in-nisa hi komuni ħafna. Filfatt fis-sena 2019 kien hemm 90 każi ta’ stupri kuljum f’dan il-pajjiż.

Din it-tifla kienet rappurtata nieqsa ftit jiem ilu mill-villaġġ ta’ Kharkhari fid-distrett ta’ Dhenkanal. Minn tfittxijiet li saru, il-katavru tagħha instab ġo forest fil-qrib.  L-aggressuri sa issa għadhom mhux magħrufa.

Share With: