Żewġ Maltin jiffaċċjaw estradizzjoni lejn l-Italja b’rabta ma’ traffikar ta’ droga

Żewġ irġeil Maltin ta’ 36 u 47 sena ġew arrestati wara li kienu mfittxija mill-awtoritajiet Taljani fuq traffikar ta’ droga.

Il-Pulizija qalet li wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet, ġie stabbilit fejn iż-żewġ irġiel jgħixu, u ġew arrestati fil-Mosta u fil-Floriana permezz ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet Taljani.

Huma se jkunu qed jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta tan-12.30 p.m. biex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni tagħhom.

Share With: