Żewġ sewwieqa jispiċċaw l-isptar wara ħabta f’Tas-Sliema

Żewġ sewwieqa kellhom jittieħdu l-isptar għall-kura wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30 a.m. fi Triq it-Torri.

Jirriżulta li l-ħabta kienet tinvolvi lil vettura tat-tip Renault Zoe li kienet misjuqa minn Taljan ta’ 30 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, u vettura oħra tat-tip Toyota C-HR li kienet qed tinstaq minn raġel Eritrean ta’ 23 sena residenti Bormla.

Aktar tard it-Taljan kien ċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li x-xufier l-ieħor sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: