Zinedine Zidane: Sergio Ramos se jibqa’ ma’ Real Madrid

Il-coach ta’ Real Madrid Zinedine Zidane jinsab ċert li l-player stilla tat-team, Sergio Ramos, se jkun qed ikompli l-avventura tiegħu fil-belt kapitali Spanjola. Dan tal-aħħar għandu 34 sena u ilu mal-Merengues sa mis-sena 2005 meta kien akkwistat mingħand Seville għas-somma ta’ €27 miljun. Minn dakinhar  huwa lagħab 461 partita u kien strumentali f’diversi suċċessi Madrileni.

Zidane qal li m’għandu l-ebda dubju li Ramos se jkun qed itemm il-karriera tiegħu f’Estadio Santiago Bernabeu minħabba li hu diġá jitqies bħala leġġenda ma’ dan il-club.

Sadanittant fil-logħba li Real Madrid lagħbu kontra Inter mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League u li rebħu bl-iskor ta’ 3-2, Ramos skorja l-100 goal tiegħu għall-club.

Share With: