Żvilupp “orribbli” kkritikat minn bosta

Binja li qed tiġi żviluppata li tħares lejn il-Bajja ta’ Spinola ta’ San Ġiljan ġiet ikkritikata minn bosta persuni, li ddeskrivewha bħala xi ħaġa bla estetika u li ma tirrispettax il-wirt tal-pajjiż. Anke s-Sindku ta’ San Ġiljan Alfred Buttigieg ikkritika dan l-iżvilupp tant li ddeskrivih bħala proġett “orribbli” u li qed ikerraħ l-ambjent.

Ritratt li juri dan l-iżvilupp ittella’ fuq paġna tal-midja soċjali bl-isem ta’ ‘Ugly Malta’ fejn juri dan il-blokk ta’ appartamenti li jidher qed jinbena fuq binja oħra li hija antika tant li tmur lura għal tard is-seklu 19.  Bosta kienu dawk li għal bidu ma emmnux ir-ritratt u staqsew jekk kinitx ċajta, iżda kien ikkonfermat bħala wieħed veru anke mill-Assoċjazzjoni Hoasa (Storja tal-Arti u l-Għaqda tal-Istudenti tal-Arti) li wkoll ikkritikat dan l-iżvilupp. Persuni oħra staqsew dwar id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li tippermetti l-iżvilupp “grottesk” li spiċċa bħala “atroċità”.

Share With: