25.7% tal-enerġija użata f’Malta fl-2019 għal tisħin u tkessiħ ġiet minn enerġija rinnovabbli

Rapport tal-Eurostat juri li l-enerġija akkumulata minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli kienu jammontaw għal 25.7% tal-enerġija li ntużat f’sistema ta’ tisħin u tkessiħ f’Malta matul is-sena li għaddiet.

Ir-rapport, li kien ippubblikat ilbieraħ, juri li l-ammont ta’ enerġija akkumulata kienet 4.6% aktar mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

L-istatistika turi li l-medja fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea kienet tammonta għal 22.1%, li hija kważi d-doppju ta’ dik reġistrata fl-2004 (11.7%) u żieda ta’ 0.9% mill-2018.

L-Iżvezja kien dak il-pajjiż li akkumula enerġija minn sorsi rinnovabbli b’66.1%, bil-Latvija u l-Finlandja jirreġistraw 57.8% u 57.5% rispettivament.

B’kuntrast ma’ dan l-Irlanda akkumulat biss 6.3% minn sorsi rinnovabbli.

Share With: