AĠĠORNAT: Anzjan ta’ 73 sena rapportat nieqes jinstab qawwi u sħiħ

AĠĠORNAT [4.40 p.m.]: Fi stqarrija l-Pulizija informat li l-anzjan, Alfred Tanti, instab qawwi u sħiħ.

AKTAR QABEL: Il-Pulizija qed tfittex għal anzjan li kien rapportat nieqes. Alfred Tanti, ta’ 73 sena, deher l-aħħar f’Bormla u kien liebes ġakketta blu, qalziet iswed u beritta griża.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numru tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119, jew billi jirrikorri fl-eqreb għassa tal-Pulizija.

Share With: