AĠĠORNAT: Xlukkajr mixli bil-pussess ta’ droga

Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Marsaxlokk ġie mixli bil-pussess tal-kokaina u l-kannabis.

Rosmar Bugeja tressaq quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello mixli li kellu madwar 60 pakkett bil-kokaina, żewġ pakketti bil-kannabis u ammont ta’ flus kontanti.

Huwa kien arrestat waqt li kien għaddej bil-karozza Toyota Vitz minn Triq it-Trunċiera, Marsaxlokk stess.

Bugeja wieġeb li mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €4,000 u garanzija personali ta’ €6,000.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Marshal Mallia waqt li l-Avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila qed jiddefendu lil Bugeja.

QABEL: Illum, għall-ħabta tas-1:00 p.m, il-Pulizija ser tressaq ir-raġel ta’ 24 sena l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello, b’akkużi relatati mat-traffikar tad-droga, fost oħrajn. 

Ir-raġel residenti Marsaxlokk kien arrestat tard il-Ħadd filgħaxija wara li nqabad fil-pussess ta’ ammont ta’ droga kokaina. 

Aqra wkoll:

Raġel arrestat wara li jinstab fil-pussess ta’ 60 pakkett żgħir bil-kokaina fost droga oħra
Share With: