Aġġornata: Raġel jitlef ħajtu wara li waqa’ minn għoli f’Delimara
Raġel mill-Awstrija tilef ħajtu wara li aktar kmieni dalgħodu waqa’ minn għoli f’Delimara.
Minn stħarriġ illi sar jidher li r-raġel ta’ 53 sena residenti f’Bormla kien miexi mal-irdum meta għal xi raġuni żelaq u waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari.
Fil-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-protezzjoni ċivili biex jassistu lir-raġel minħabba li l-post li waqa’ fih ma kienx aċċessibbli.
Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fil-post.



