ARA: Il-President tal-KE tfaħħar Maltija li tħit maskri b’xejn lil dawk l-aktar fil-bżonn

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen ftit tas-sigħat ilu xerrdet filmat miġbud Malta biex tagħti eżempju b’Ġużeppina.

Von der Leyen qalet li fil-belt Valletta, Ġużeppina tħit il-maskri għall-ġirien. Hija faħħritha għall-ħila li għandha fejn qomos qodma jieħdu t-tieni ħajja, u jgħinu jipproteġu l-komunità.

Hija appellat għall-unità u qalet li lkoll flimkien ser nirbħu fuq il-pandemija.

Share With: