ARA: Jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati bil-qtil f’Santa Luċija

Samir Almiri ta’ 38 sena mil-Libja baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli bil-qtil ta’ Victor McKeon f’Marzu li għadda f’Santa Luċija. 

Quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

F’dan l-istadju ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest u għaldaqstant baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv. 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat George Camilleri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mis-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispettur Wayne Camilleri.

10:00 a.m: Is-suspettat b’rabta mal-omiċidju f’Santa Luċija se jitressaq il-Qorti dalwaqt

Libjan ta’ 38 sena mistenni jitressaq il-Qorti b’rabta mal-omiċidju f’Santa Luċija għall-ħabta ta’ 12:45 p.m. Huwa qed ikun suspettat li allegatament kien involut fil-qtil li seħħ f’Santa Luċija f’Marzu li għadda.

Il-vittma, Victor McKeon ta’ 62 sena, instab maqtul f’appartament f’Misraħ Dorell f’Santa Lucija fis-17 ta’ Marzu, 2020. Il-katavru tiegħu nstab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni, imgeżwer f’boroż suwed u mdawwar bit-tape fil-kamra tal-banju. 

Il-Libjan inġieb Malta fl-aħħar jiem permezz ta’ titjira mill-ajruport ta’ Casablanca, fil-Marokk. 

Share With: