“Bil-power station tal-gass kien evitat total shutdown” – Miriam Dalli

Il-Ministru għall-Enerġija, Intrapriża u Żvilupp Sostenibbli irrimarkat fil-Parlament li bis-saħħa tal-impjanti tal-gass fit-28 ta’ Novembru li għadda kien evitat ‘total shutdown’.

Kien id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li irrefera għall-qtugħ tad-dawl li kien hawn fil-pajjiż fil-jum imsemmi u staqsiha x’użu għandhom il-power station u t-tanker.

Waqt li semmiet kif dan evita li l-pajjiż kollu jispiċċa bla dawl, Dalli spjegat kif wara li ġara l-inċident bdew joperaw numru ta’ magni li kienu ‘standby’ u ftit minuti wara ġew sinkronizzati l-magni ta’ ġenerazzjoni li kien hemm bżonn biex il-provvista tiġi lura għan-normal f’ħin qasir.

Sadanittant, mistoqsija mid-deputat Nazzjonalista Ryan Callus kemm kien il-‘load’ totali fil-pajjiż dakinhar l-istess ministru wieġbet li dan kien ta’ 307 megawatt.

Share With: