DIRETT: Intervista mal-Familja Abela

Waqt intervista mal-familja Abela, il-pubbliku għandu l-opportunità jistaqsihom dwar ir-relazzjoni ta’ bejniethom. Waqt il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela, martu Lydia u binthom Giorgia Mae wieġbu xi mistoqsijiet fosthom dwar l-akbar sorpriżi f’ħajjithom.

Il-Prim Ministru qal li l-isbaħ sorpriża għalih kienet meta ra lil binthom tagħmel l-ewwel passi. Martu ma naqsitx li tkompli miegħu u qalet li meta rċeviet l-aħbar li kien se jkollhom lil binthom kienet ukoll l-isbaħ sorpriża għaliha.

Share With: