€737,690 f’donazzjonijiet għall-Partit Laburista

Il-Partit Laburista ġabar is-somma ta’ €737,690 f’donazzjonijiet f’maratona ġbir ta’ fondi ta’ ġurnata organizzata tul il-jum tal-Ħadd f’Jum ir-Repubblika.

Fi stqarrija maħruġa, il-PL qal li kien frott il-ħidma ta’ mijiet ta’ volontiera li ilhom ġimgħat iħabbtu bieb bieb fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż u grazzi għal eluf oħra li ċemplu lill-Partit biex reġa’ kellu maratona suċċess minkejja l-limitazzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija.

Il-Prim Ministru, Robert Abela flimkien ma’ martu u l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista rringrazzjaw lil dawk kollha li kkontribwixxew f’din il-maratona li wasslet għal ċifra sabiħa li se tkompli tgħin u ssaħħaħ lill-Partit Laburista.

Share With: