Edward Scicluna bl-aħħar diskors fil-Parlament

Il-Professur Edward Scicluna għamel l-aħħar diskors tiegħu fil-Parlament qabel jirriżenja biex iservi bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali.

Scicluna kien ilu mill-2013 iservi bħala Ministru tal-Finanzi qabel ma ftit ilu l-Prim Ministru Robert Abela ħatar lil Clyde Caruana biex jeħodlu postu proprju minħabba l-kariga l-ġdida li se jkollu.

Scicluna qal li huwa kien ilu 12-il sena fil-politika u tmienja fil-Parlament u kollox ma’ kollox iqis l-esperjenza bħala waħda “pożittiva u ta’ sodisfazzjon”.

Huwa irrimarka li matul dawn is-snin il-Gvern biddel wiċċ il-pajjiż u saħħaħ l-istituzzjonijiet anke jekk esprima d-diżappunt li dawn ġew ‘undermined’.

Scicluna appella għal titjib fir-relazzjoni bejn iż-żewġ naħat tal-Parlament u wiegħed li se jibqa’ jagħti kontribut lill-pubbliku fl-irwol ġdid tiegħu.

Share With: