Erba’ persuni oħra jmutu kawża tal-Covid-19 f’pajjiżna

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 79 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-21 ta’ Novembru mietet fid-29 ta’ Novembru fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 80 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-25 ta’ Novembru mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 73 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru miet ilbieraħ fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 67 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-15 ta’ Novembru miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni b’hekk biss nistgħu nipproteġġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.Attachments area

Share With: