“Fejn se tkun maħżuna t-tilqima se tkun b’għassa stretta”

Fis-seduta parlamentari tal-lum il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ta stampa ċara ta’ dak li jkun qiegħed jiġri fil-jiem li ġejjin b’rabta mat-tilqima tal-Covid-19.

Il-Ministru Chris Fearne semma’ fil-Parlament li t-toroq minn fejn se tgħaddi t-tilqima huma sigrieti. Qal li din hi xi ħaġa li qed issir minħabba diversi fatturi u qal li anke l-post fejn se tinżamm it-tilqima se jkun b’għassa stretta.

Intant aktar kmieni Fearne qal li bil-ftehim li laħaq f’pajjiżna, mhux fil-bogħod li l-ħajja soċjali tagħna tieħu r-ruħ.

Share With: