Iċ-Ċina tikkonferma l-ewwel każ tal-varjant tal-Covid-19

Iċ-Ċina kkonfermat l-ewwel każ tal-varjant tal-Covid-19 li nstab fir-Renju Unit.

Iċ-Ċentru Ċiniż għall-Kontroll tal-Mard qal li l-persuna infettata hija tfajla ta’ 23 sena li siefret mir-Renju Unit lejn Shanghai fl-14 ta’ Diċembru.

Il-varjant qed jingħad li huwa aktar infettiv mill-verżjonijiet preċedenti tal-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa infatti qed jikkunsidraw dan il-varjant bħala “theddida b’saħħita”.

Share With: