Id-Dwana Maltija t-tieni l-aktar dwana fl-UE bi qbid ta’ oġġetti ffalsifikati

Mir-rapport annwali ppubblikat minn DG TAXUD jirriżulta li d-Dwana Maltija kienet it-tieni l-aktar dwana fl-Unjoni Ewropea li rreġistrat qabdiet ta’ oġġetti kontrafatti matul is-sena li għaddiet.

Dan ifisser riżultat aħjar mis-sena preċedenti, hekk kif fl-2018 id-Dwana Maltija qabdet 2.4 miljun oġġett u għaldaqstant kienet klassifikata bħala t-tielet l-aktar dwana li rreġistrat qbid ta’ oġġetti. Il-Ġermanja kienet irreġistrat li qabdet 4.7 miljun oġġett falz, bil-Greċja fit-tieni post tirreġistra 2.6 miljun oġġett falz.

Intant matul is-sena li għaddiet Malta rreġistrat 6.1 miljun oġġett li kienu jiksru l-liġi tal-copyright, żieda ta’ 152% mis-sena preċedenti.

Share With: