Ikomplu jonqsu l-każi attivi; 93 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 97 persuna

Il-każi attivi komplew jonqsu wara li mit-3,941 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kienu resġistrati 93 każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19, filwaqt li fl-istess ħin kien hemm 97 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex il-numru tal-każi attivi issa jammonta għal 1,546.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 13-il każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom pożittivi għall-Covid-19, tliet każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi li rriżultaw wara li persuni ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn infettati bil-virus, u tliet każi li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.

Share With: