Ikomplu jonqsu l-każi attivi

Mill-2,928 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 70 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 130 persuna li rkupraw mill-virus biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa niżel għal 1,436.

Intant mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 23 każ ta’ persuni li rriżultawa pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom diġà pożittivi għall-Covid-19, tmien każi ta’ trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol, seba’ każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi, u tlieta każi li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.

Share With: