Il-festi tal-Milied b’temp fil-biċċa l-kbira tiegħu sabiħ

Il-jiem li se jkunu qed jikkaratterizzaw tmiem il-ġimgħa tal-Milied fil-biċċa l-kbira tagħhom mistennijin li jkunu kkaratterizzati minn jiem b’temp sabiħ, u saħansitra b’temperaturi aktar għoljin mill-medja għal dan iż-żmien tas-sena.

Dan hekk kif l-uffiċċju metereoloġiku ta’ Ħal Luqa qed ibassar Jum il-Milied bħala xemxi b’temperaturi li jlaħħqu d-19-il Grad Celsius. L-għada tal-Milied it-temp mistenni ftit imsaħħab b’temperaturi li jlaħħqu s-17-il Grad. Il-Ħadd it-temp jikrih xi ftit hekk kif inhuma mbassrin xi ħalbiet tax-xita f’xi nħawi aktar tard matul il-ġurnata.

Share With: