Il-Gvern jalloka €1 miljun lis-sidien tal-bars u l-każini minħabba d-diffikultajiet tal-pandemija

Il-Prim Ministru Robert Abela ftit tal-minuti ilu ħabbar li l-Gvern se jalloka €1 miljun lis-sidien tal-bars u każini f’għajnuna għad-diffikultajiet li affaċċjaw kawża tal-pandemija.

Abela żied jgħid li fl-aħħar ġimgħat żamm kuntatt personali kontinwu ma’ sidien tal-istess barijiet u fehem il-bżonn ta’ aktar sostenn, li jikkumplimenta l-wage supplement li diġà qiegħed jinata, speċjalment f’dawn il-jiem ta’ festi.

Huwa tenna jgħid li fil-jiem li ġejjin se jiġu mħabbra d-dettalji ta’ dan l-inċentiv u li se “tibqgħu ssibuni magħkom biex flimkien nerġgħu naqbdu t-triq tas-suċċess”.

Share With: