Il-Gvern jippreżenta l-liġi l-ġdida dwar id-divorzju
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar ippreżentat fil-Parlament l-Ewwel Qari tal-abbozz ta’ liġi li se jwassal għal bidla fil-liġi tad-divorzju.
Bħalma jiġri fl-Ewwel Qari ta’ kull abbozz ta’ liġi ippreżentat fil-Parlament ma ngħatawx dettalji tal-bidla li se ssir peress li dan isir fl-istadju tat-Tieni Qari meta d-deputati jibdew jiddiskuti dak propost.
Il-Gvern iddeċieda li jneħħi l-obbligu legali li biex koppja tikseb id-divorzju trid tkun ilha erba’ snin mill-aħħar ħamsa tgħix b’mod separat.
Il-Prim Ministru Robert Abela kien ilu jisħaq li dan qed iwassal għal tbatija f’diversi koppji u qabel l-abbozz ta’ liġi kien preżentat fil-Parlament kien preżentat u diskuss l-Erbgħa fil-Kabinett.