Il-Jum Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem
Id-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem, fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l Governanza, organizza konferenza onlajn fil-Jum Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem.
L-10 ta’ Diċembru 2020 huwa l-anniversarju ta’ waħda mill-akbar kisbiet internazzjonali tas-seklu li għadda fejn fl-1948 il-pajjiżi ngħaqdu flimkien u adottaw id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. Id-dikjarazzjoni tistabbilixxi firxa wiesgħa ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali li għalihom huma intitolati l-persuni kollha, b’messaġġ wieħed ċar, “il
bnedmin kollha jitwieldu ħielsa u ugwali fid-dinjità u d-drittijiet”. Id-dikjarazzjoni tiggarantixxi drittijiet mingħajr distinzjoni bbażati fuq in-nazzjonalità, il-post ta’ residenza, l-oriġini nazzjonali jew etniċi, ir-reliġjon, il-lingwa, jew kwalunkwe status ieħor. U l-gvernijiet huma marbuta li jipproteġuhom.
Id-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem jinsab fuq quddiem fid-diskors dwar id-drittijiet tal-bniedem, bir-responsabbiltà tiegħu tinsab fl-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ qafas ta’ politika fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza.
Il-Kummissarju għall-Ugwaljanza Helena Dalli fetħet l-avveniment billi qalet li fl-ewwel sena tagħha l-Kummissjoni von der Leyen adottat ħames strateġiji ta’ ugwaljanza u tnejn oħra jinsabu pjanati għall-bidu tas-sena d-dieħla, biex jiżguraw li ħadd ma jiġi minsi. Appellat lill-istati membri biex jadottaw strateġiji ta’ ugwaljanza ekwivalenti fil-livell nazzjonali, inkluż dwar l-ugwaljanza u l integrazzjoni tal-ġeneru, kif ukoll kontra r-razziżmu.
Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis sostna li, “il pandemija COVID-19 kompliet tkabbar l-inugwaljanzi li diġà kienu jeżistu, dan huwa minnu ġaladarba wieħed jagħraf li kien hemm wħud li setgħu jħallsu għal servizzi mediċi u oħrajn ma setgħux. B’hekk, irridu naħdmu bħala soċjetà favur it-tema tal-Jum Dinji tad-Drittijiet tal-Bniedem: Nirkupraw Aħjar – Niddefendu d-Drittijiet tal-Bniedem”. Il-ministru qal ukoll li rridu naħdmu flimkien favur il-minoranzi u l-vittmi tas-soċjetà, u ma nistgħux nagħmlu passi ta’ granċ fejn għandhom x’jaqsmu d-drittijiet tal-bniedem. “L-ugwaljanza u l-ġustizzja huma żewġ faċċati tal-istess munita, ma jistax ikollna waħda mingħajr l-oħra. Għalhekk, il-ħidma ta’ din l-amministrazzjoni favur id-drittijiet tal-bniedem hija tant importanti.”
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi Rosianne Cutajar tenniet kif il-Jum Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem jibqa’ relevanti anke fi żminijiet tal-lum, u saħqet li filwaqt li sar ħafna f’dan il-qasam, għad fadal ħafna xogħol xi jsir.
Waqt l-intervent tagħha is-Segretarju Parlamentari Cutajar għamlet referenza wkoll għall-kisbiet li saru fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza matul din is sena kif ukoll il-pjanijiet tal ġejjieni. Hi kompliet tgħid kif huwa dmir tal-leġiżlatur li jkun żgurat li t-tfassil tal-liġijiet jirriflettu r-realtajiet tas-soċjetà tal-lum biex b’hekk jassiguraw l-aqwa ħarsien għad-drittijiet tal-bniedem.
Għalqet l-intervent tagħha billi saħqet li se tħares ‘il quddiem għal aktar ħidma li twassal għal Malta aktar ugwali.
Il-Kummissarju Għoli Ingliż Katherine Ward tenniet li tinsab kuntenta tħabbar li l-Kummissjoni Għolja Ingliża qed testendi l-kollaborazzjoni tagħha mal-Gvern Malti biex tgħin fil-ġlieda tagħha kontra l-Iskjavitù Moderna u t-Traffikar tal-Bniedem. Qegħdin ifittxu li jaqsmu l-aħjar prattika u jipprovdu taħriġ dwar l-appoġġ għall-vittmi, l-infurzar tal-liġi, l-isfruttament tax-xogħol u s
sensibilizzazzjoni. Id-drittijiet tal-bniedem huma ċ-ċentrali fix-xogħol tagħhom.
Iċ-Chargé d’Affaires tal-Istati Uniti Gwendolyn S. Green spjegat li nindirizzaw il-vjolenza fuq in nisa huwa imperattiv għaad-drittijiet tal-bniedem. Il-vjolenza thedded is-sigurtà tan-nisa u t-tfajliet u tistabbilixxi ostakli għall-potenzjal tagħhom għall-prosperità jew biex timla rwoli ta’ tmexxija.