Il-kap tal-fergħa tal-WHO fl-Ewropa impressjonat b’Malta

Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-DPM u Ministru tas-saħħa Chris Fearne ntqal li mal-wasla tal-ewwel konsenja tal-vaċċin tal-COVID-19, il-Kap tal-Fergħa tal-WHO fl-Ewropa, Hans Kluge, bagħat jifraħ lil pajjiżna għall-mod li bih Malta rnexxielha tikseb l-istess trattament li jgawdu minnu l-pajjiżi kbar Ewropej.

Kluge kiteb lid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u qal li jinsab impressjonat bl-ammont ta’ vaċċini li rnexxielu jakkwista pajjiżna u bil-ħeffa li bihom se jibdew jaslu f’pajjiżna konsenja wara oħra tal-vaċċin tal-COVID-19.

Huwa sostna li din hija xhieda tat-tmexxija għaqlija tal-Gvern Malti u fakkar li kien Chris Fearne stess li witta t-triq għax-xiri konġunt Ewropew tal-mediċini meta beda d-diskussjoni għall-ewwel darba waqt il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea lura fl-2017.

Share With: