Il-Kardinal Mario Grech jagħmel żjara ta’ kortesija lill-President ta’ Malta

Il-Kardinal Mario Grech għamel żjara ta’ kortesija lill-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Filwaqt li osserva kemm il-ħatra tal-Kardinal Grech fil-Konċistorju tas-Sibt, 28 ta’ Novembru li għadda fil-Vatikan intlaqgħet b’rispett, b’ferħ, u bi mħabba mill-Maltin u l-Għawdxin, il-President esprima ċ-ċertezza tiegħu li din il-pożizzjoni daqshekk prestiġġjuża fil-ġerarkija tal-Knisja se twassal biex fil-Karidinal Grech ikompli jispikka l-valur tal-umiltà. Żied jgħid li, tul is-snin, il-poplu Malti kien xhieda mhux biss tal-umiltà, iżda wkoll tal-kompassjoni, tal-intelliġenza, u tad-determinazzjoni li dejjem spikkaw f’kull funzjoni li qeda l-Kardinal Grech.

Waqt iż-żjara, il-President ta’ Malta kien akkumpanjat mis-Sra Vella.

Share With: