Il-każi attivi jerġgħu jaqbżu l-2000 każ b’aktar każi ġodda minn fejqan

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien jiżboq in-numru ta’ persuni li fiequ, hekk kif minn 3,192 swab test kienu reġistrati 139 każ ġdid filwaqt li fiequ 101 persuna. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi reġa’ tela’ għal 2007 każi.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 26 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom diġà pożittiv għall-Covid-19, erba’ każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, ħames każi ta’ persuni li kienu ġew f’kuntatt ma’ każi oħrajn pożittivi.


Share With: