Il-każi attivi jinżlu taħt l-1,500; 88 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 137 persuna; Imutu erba’ persuni kaġun tal-Covid-19

Il-każi attivi f’Malta niżlu taħt l-1,500 wara li mill-2,868 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 88 każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Madankollu għal darb’oħra n-numruta’ persuni (137) li rkupraw kompla jiżboq dak tal-każi ġodda biex għaldaqstant il-każi attivi issa jammontaw għal 1,493.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi reġistrati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 16-il każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom li kienu pożittivi, 12-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, sitt każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi, u erba’ każi li rriżultaw pożittivi minn attivitajiet soċjali.

Intant mill-informazzjoni ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa jirriżulta li matul dawn l-aħħar sigħat kien hemm erba’ mwiet oħrajn kaġun tal-Covid-19. Dan hekk kif in-numru tal-vittmi skont l-informazzjoni tal-Ministeru jammonta għal 194, erbgħa aktar mill-bieraħ.

Share With: