Il-każi attivi jkomplu jonqsu b’aktar fejqan minn każi ġodda

In-numru ta’ każi attivi komplew jinżlu hekk kif matul dawn l-aħħar 24 siegħa in-numru ta’ persuni li rkupraw kien feit anqas mid-doppju tal-każi reġistrati ġodda. Fil-fatt minn 2,612 swab test li saru, kienu reġistrati 52 każ ġdid filwaqt li 101 persuna kienu rapportati bħala li rkupraw mill-Covid-19.

Dan wassal biex il-każi attivi naqsu għal 1,553.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ irriżultaw 20 każ ta’ persuni li ġew infettati ma’ qraba tagħhom li diġà huma pożittivi għall-Covid-19, 13-il każ ta’ imxija tal-virus fuq il-post tax-xogħol, seba’ każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ każi oħrajn pożittivi u flirt każi relatati ma’ tlaqqigħ soċjali.

Share With: