Il-każi attivi jonqsu b’aktar fejqan minn każi ġodda

Mill-2,249 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 84 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 118 -il persuna li rkupraw mill-virus biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa niżel għal 1,447.

Intant mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 33 każ ta’ persuni li rriżultawa pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom diġà pożittivi għall-Covid-19, 15-il każ ta’ trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol, 16-il każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi, u għaxar każi li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.

Share With: